Inkontru.app

App ġdida miżgħuda filmati li toffri bosta benefiċċji għal dawk li jattendu u jorganizzaw l-avvenimenti. App li tippromwovi l-festi u l-attivitajiet nazzjonali f’Malta. Insaħħu l-preżenza tal-avvenimenti artistiċi u kulturali f’Malta qalb it-turisti u l-Maltin.

Għaliex Inkontru.app?

Inkontru.app toffri kalendarju kkurat tal-arti u l-kultura li jagħti lill-utenti ħarsa dettaljata lejn dak li hu għaddej bħalissa, filwaqt li jgħin lill-artisti u n-nies li jaħdmu fil-kultura biex jiġbdu udjenza lejn xogħolhom b’mod strateġiku.

Għal Min Jattendi – Il-Benefiċċji ta’ Inkontru.app

  • App bla ħlas li tista’ taċċessaha u tużaha faċilment fuq il-mowbajl.
  • Informazzjoni dwar l-avvenimenti kollha li għaddejjin bħalissa u li se jkunu qed jittellgħu fil-futur – inklużi direzzjonijiet biex tasal u ħolqa għax-xiri tal-biljetti (meta applikabbli).
  • Il-faċilità li tissejvja l-avvenimenti favoriti tiegħek.
  • Ixxerred l-avvenimenti mal-qraba u l-ħbieb permezz ta’ email, WhatsApp u kull pjattaforma oħra tal-midja soċjali.
  • Tirċievi notifikazzjonijiet diretti fuq il-mowbajl tiegħek dwar l-avvenimenti.

Għal Min Jorganizza – Il-Benefiċċji ta’ Inkontru.app

  • Preżenza fuq app li jsegwiha kull min hu interessat f’avvenimenti relatati mal-arti, il-kultura u l-wirt kulturali.
  • Ikollok l-informazzjoni, id-direzzjonijiet għall-post, ir-reċensjonijiet u d-dettalji tal-biljetti miġburin għall-utenti f’app waħda.
  • Promozzjoni mat-turisti li jżuru Malta.
  • Permezz tad-data misjuba fl-app, l-organizzaturi se jingħataw informazzjoni imprezzabbli li kapaċi tgħinhom jiżviluppaw udjenza u jkabbru l-intrapriża tagħhom.
  • Il-possibbiltà ta’ add-ons relatati mal-marketing, fosthom boosting fuq il-midja soċjali u reklamar f’rivisti tal-linji tal-ajru.

TIXTIEQ TINKLUDI L-AVVENIMENT TIEGĦEK FUQ INKONTRU.APP?

PLEASE FILL IN THE FOLLOWING FORM TO PROMOTE YOUR EVENT FURTHER

Contact Person(Required)
Company / organisation / artist address(Required)

Choose your items from the Inkontru.app Menu

Newsletter
Social Media Promotion

Inkontru Menu Rate Card

AĦTAF L-OPPORTUNITÀ

Inkontru.app X Noċemuskata

Ejja nesploraw kif Inkontru.app tista’ taħdem għalik. Kellimna llum!

inkontru@nocemuskata.com
+356 9900 8228